X Factor

X Factor Malta jirritorna għat-tielet staġun tiegħu minn Ottubru fuq Television Malta. Segwi l-kontestanti waqt li jieħdu l-esperjenza kollha tal-industrija tal-entertainment, mill-iva tal-ġurija għat-taħriġ ma’ għalliema speċjalizzati u koreografi waqt il-fażijiet tant mistennija tal-iżjed programm segwit fuq it-televiżjoni Maltija. X Factor Malta għandu ħames fażijiet: il-parteċipanti jimxu mill-Auditions, għall-Bootcamp, għaċ-Chair Challenge, għall-Judges Houses u għal-Live Shows. L-għan ewlieni tagħhom hu li jirbħu €50,000 kontanti. X Factor Malta jagħti lil dawn in-nies iċ-ċans li jsarrfu l-ħolm tagħhom f’realtà. Il-parteċipanti se jkunu mħarrġa mill-aqwa nies fl-industrija – Howard Keith, Ira Losco, Ivan Grech u Philippa Naudi filwaqt li l-programm se jiġi ppreżentat minn Ben Camille. X Factor hu format ta’ Syco Entertainment, koprodott u lliċenzjat minn FremantleMedia u prodott lokalment minn Great Company Limited.

Episode #16

Ixxandar: 23 ta' Jannar 2022
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 14 ġurnata
90 minuta