Skritt

Il-volumi li nsibu magħluqin bejn il-ħitan tal-Arkivji Notarili jgħidu stejjer impressjonanti ta’ nies li għexu Malta tul l-istorja tagħha. Skritt se jeħodna fil-kollezzjoni estensiva mħarsa fl-arkivji u jislet dettalji dwar ftehimiet fuq doti, ittri intimi u bejgħ ta’ oġġetti, kemm proprjetajiet kif ukoll skjavi.