Avarù hija sensiela inklussiva bl-użu tas-sensi fejn ser toffri esperjenza immersiva għall-udjenzi tagħna. Din is-sensiela hija speċifikament maħluqa għall-tfal b’abbiltajiet differenti jew PMLD – “profound and multiple learning disabilities”. Tinkludi wkoll tfal fuq l-ispetru tal-awtiżmu. Avarù hija sensiela bbażata fuq tliet supereroj: Diżż, Justus u Alwett. Dawn jagħmlu Avarù u flimkien jipproteġu n-nies tar-raħal mis-sindku supperva Kattivella. Dawn it-tliet supereroj ser juru diversi affarijiet fuq suġġetti varji. Huma se jinkoraġġixxu lit-telespettaturi biex jinteraġixxu magħhom billi jużaw il-ħames sensi. L-użu tas-sensi ser jagħmel l-esperjenza interattiva għat-telespettaturi u dan jgħin sabiex it-telespettaturi jidħlu fid-dinja ta’ Avarù minn djarhom stess. L-ispettaklu huwa ddisinjat b’mużika sabiħa u rilassanti, grafika kkulurita u jinkludi wkoll sottotitoli u interpretu tal-lingwa tas-sinjali
Avarù
L-Episodju li Jmiss
L-Erbgħa 6 ta' Lulju
10:00