Aħbar Tajba

Aħbar Tajba se jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-09:00 minn Ottubru. Se jiffoka dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-Ħdud u l-festi. Barra minn hekk, se jkun fih żewġ features oħra li se jeħduna f’ambjenti oħra biex inkunu nistgħu ngawdu t-teżori li għandna f’Malta marbuta mal-ambjent, il-knejjes, postijiet ta’ interess u l-bqija. Fl-ewwel taqsima, Keith Demicoli, il-host tal-programm, se jitkellem ma’ misteiden speċjali dwar suġġett morali. Fr Louis Mallia mssp se jkun is-saċerdot li se jitkellem u jispjega l-Evanġelju, xi drabi anke flimkien ma’ nies oħra li jinteressahom jgħixu l-ħajja Kristjana. Żgur li dan il-programm se jolqot diversi etajiet u nies minn diversi oqsma tal-ħajja. Aħbar Tajba għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media u direzzjoni ta’ Paul Jones

Episode #17

Dr Christopher Barbara Virologu ser ikun l-mistieden fl-ewwel parti tal-programm AĦBAR TAJBA flimkien ma’ Keith Demicoli, fejn ser jiddiskutu l-qagħda f’Malta bħalissa u kif wieħed għandu jaġixxi meta jew ikollu l-Covid 19 jew ikun ma’ xi ħadd li għandu l-Covid 19. Ser jitkellmu għaliex huwa importanti li jittieħed l-booster. Lisa Xuereb ser tkun ukoll waqt il-programm permezz ta’ skype biex titkellem dwar
l-esperjenza tagħha meta hi kienet pozittiva għal Covid 19.

Cynthia Zerafa ser tagħlaq il-parti ta’ Ħaż-Żabbar għax ser titkellem mas-sur Mario Micallef dwar l-affarijiet antiki u prezzjuzi li jinsabu fil-Mużew tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar.

Fl-aħħarnett Fr Louis ser jeħodna f’post ieħor biex jispjega l-Evangelju li jkun ser jinqara
l-Ħadd.

It-telespatturi ta’ TVM jistgħu jaraw it-tlett partijiet ta’ dan il-programm fuq il-facebook page AĦBAR TAJBA fuq il-pagna ta’ CPI MEDIA

Produżżjoni eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Keith Demicoli u Cynthia Zerafa. Direzzjoni Televiżiva ta’ Paul Jones u Fr. Louis Mallia mssp.

Ixxandar: 23 ta' Jannar 2022
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 13 ġurnata
30 minuta