90 Minuta

90 Minuta jiffoka fuq l-azzjoni fil-pitch tul id-90 minuta ta’ kull partita tal-Kampjonat BOV Premier, bi spazju wkoll għat-tim nazzjonali, l-FA Trophy, iċ-Challenge u l-Amateur Leagues u l-kategoriji tan-nisa u l-youths. 90 Minuta jippreżenta lid-dilettanti tal-futbol lokali b’dak kollu li jiġri fil-logħba: diskussjoni u analiżi teknika, s-slow-mos tal-mumenti kontroversjali u l-kummenti tal-protagonisti. 90 Minuta: inqas paroli, iktar gowls, iktar azzjoni!